20.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 53/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – Swiss International Air Lines AG vs The Secretary of State for Energy and Climate Change, Environment Agency
(Kawża C-272/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Obbligu ta’ restituzzjoni tal-kwoti ta’ emissjonijiet li jirriżultaw minn titjiriet bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-parti l-kbira tal-pajjiżi terzi - Deċiżjoni Nru 377/2013/UE - Artikolu 1 - Deroga temporanja - Esklużjoni tat-titjiriet lejn u minn ajruporti li jinsabu fl-Isvizzera - Differenza fit-trattament bejn Stati terzi - Prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament - Inapplikabbiltà))
(2017/C 053/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Swiss International Air Lines AG
Konvenuti: The Secretary of State for Energy and Climate Change, Environment Agency
Dispożittiv
L-eżami fir-rigward tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tad-Deċiżjoni Nru 377/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ April 2013, għal deroga temporanja mid-Direttiva 2003/87/KE, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, ma żvela ebda element li jista’ jaffettwa l-validità ta’ din id-deċiżjoni, sa fejn id-deroga temporanja li jipprevedi l-Artikolu 1 tagħha għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 12(2a) u mill-Artikolu 16 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, kif emendata bid-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, f’dak li jikkonċerna r-restituzzjoni tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għat-titjiriet operati matul l-2012 bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-parti l-kbira tal-pajjiżi terzi, ma tapplikax, b’mod partikolari, għat-titjiriet minn jew lejn ajruporti li jinsabu fl-Isvizzera.
(1) ĠU C 279, 24.08.2015.
Full & Egal Universal Law Academy