3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-274/15) (1)
((“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(f) - Eżenzjoni mill-VAT tal-provvisti ta’ servizzi pprovduti minn gruppi indipendenti ta’ persuni lill-membri tagħhom - Artikolu 168(a) u Artikolu 178(a) - Dritt għal tnaqqis għall-membri tal-grupp - Artikolu 14(2)(ċ) u Artikolu 28 - Aġir ta’ membru f’ismu stess u għall-benefiċċju tal-grupp”))
(2017/C 213/05)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u C. Soulay, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: D. Holderer, aġent, assistit minn F. Kremer u P. E. Partsch, avukati, kif ukoll minn B. Gasparotti, espert)
Dispożittiv
1)
Billi jipprevedi s-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud dwar il-gruppi indipendenti ta’ persuni, kif iddefinita, l-ewwel nett, fl-Artikolu 44(1)(y) tat-test ikkoordinat tal-loi du 12 février 1979 concernant la taxe sur la valeur ajoutée (Liġi tat-12 ta’ Frar 1979 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud), moqri flimkien mal-Artikolu 2(a) u mal-Artikolu 3 tar-règlement grand-ducal du 21 janvier 2004 relatif à l’exonération de la TVA des prestations de services fournies à leurs membres par des groupements autonomes de personnes (Regolament Gran Dukali tal-21 ta’ Jannar 2014 dwar l-eżenzjoni mill-VAT tal-provvisti ta’ servizzi pprovduti minn gruppi indipendenti ta’ persuni lill-membri tagħhom), it-tieni nett, fl-Artikolu 4 ta’ dan l-istess regolament, moqri flimkien maċ-Ċirkolari amministrattiva Nru 707, tad-29 ta’ Jannar 2004, sa fejn tipprovdi kummentarju dwar l-imsemmi Artikolu 4, u, it-tielet nett, fin-nota tat-18 ta’ Diċembru 2008 fformulata mill-grupp ta’ ħidma li huwa attiv fil-comité d’observation des marchés (COBMA) (Kumitat għall-investigazzjoni tas-suq) bil-kunsens tal-Administration de l’Enregistrement et des Domaines (Dipartiment tar-reġistrazzjoni u tal-artijiet), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 2(1)(ċ), taħt l-Artikolu 132(1)(f), taħt l-Artikolu 168(a), taħt l-Artikolu 178(a), taħt l-Artikolu 14(2)(ċ) u taħt l-Artikolu 28 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE, tat-13 ta’ Lulju 2010.
2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
3)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 270, 17.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy