18.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 121/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-1 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – ITV Broadcasting Limited, ITV2 Limited, ITV Digital Channels Limited, Channel Four Television Corp., 4 Ventures Limited, Channel 5 Broadcasting Limited, ITV Studios Limited vs TVCatchup Limited, TVCatchup (UK) Limited, Media Resources Limited
(Kawża C-275/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/29/KE - Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni - Artikolu 9 - Aċċess għall-cable tas-servizzi tax-xandir - Kunċett ta’ “cable” - Trażmissjonijiet mill-ġdid minn terz permezz tal-Internet tal-programmi tax-xandara tat-televiżjoni kummerċjali - “Live streaming”))
(2017/C 121/03)
Lingwa tal-kawża: l-ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ITV Broadcasting Limited, ITV2 Limited, ITV Digital Channels Limited, Channel Four Television Corp., 4 Ventures Limited, Channel 5 Broadcasting Limited, ITV Studios Limited
Konvenuti: TVCatchup Limited, TVCatchup (UK) Limited, Media Resources Limited
Fil-preżenza ta’: The Secretary of State for Business, Innovation and Skills, Virgin Media Limited,
Dispożittiv
L-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2001/29/KE, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni u b’mod partikolari l-kunċett ta’ “aċċess għal cable ta’ servizzi tax-xandir”, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jaqax taħt din id-dispożizzjoni u ma hijiex awtorizzata minnha leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-assenza tal-ksur tad-dritt tal-awtur f’każ ta’ trażmissjoni mill-ġdid immedjata bil-cable, inkluż, jekk ikun il-każ, permezz tal-Internet, f’żona ta’ xandir inizjali, ta’ xandiriet fuq il-kanali tat-televiżjoni suġġetti għall-obbligi tas-servizz pubbliku.
(1) ĠU C 279, 24.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy