12.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Servoprax GmbH vs Roche Diagnostics Deutschland GmbH
(Kawża C-277/15) (1)
((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro - Direttiva 98/79/KE - Importazzjoni parallela - Traduzzjoni, mill-importatur, tal-informazzjoni u tal-istruzzjonijiet dwar l-użu ipprovduti mill-manifattur - Proċedura ta’ stima tal-konformità supplimentari”))
(2016/C 462/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Servoprax GmbH
Konvenuta: Roche Diagnostics Deutschland GmbH
Dispożittiv
L-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ottubru 1998, dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lil importatur parallel ta’ mezz għal eżami mill-persuna nnifisha sabiex tkejjel iz-zokkor fid-demm li jkollu marka CE u li tkun saritlu stima ta’ konformità minn korp innotifikat, sabiex iwettaq stima ġdida intiża sabiex tiġi ċċertifikata l-konformità tat-tikkettjar u tal-istruzzjonijiet dwar l-użu ta’ dan il-mezz minħabba t-traduzzjoni tagħhom fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ta’ importazzjoni.
(1) ĠU C 294, 7.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy