13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/21
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles – il-Belġju) – Office national de l’emploi (ONEm) vs M, M vs Office national de l’emploi (ONEm), Caisse auxiliaire de paiement des allocations de chômage (CAPAC)
(Kawża C-284/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 15(2) - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 67(3) - Sigurtà soċjali - Allowance tal-qgħad intiża sabiex tissupplimenta d-dħul minn impjieg part-time - Għoti ta’ dan il-benefiċċju - Twettiq ta’ perijodi ta’ impjieg - Aggregazzjoni tal-perijodi ta’ assigurazzjoni jew ta’ impjieg - Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ assigurazzjoni jew ta’ impjieg imwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor))
(2016/C 211/26)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour du travail de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Office national de l’emploi (ONEm), M
Konvenuti: M, Office national de l’emploi (ONEm), Caisse auxiliaire de paiement des allocations de chômage (CAPAC)
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 67(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jirrifjuta l-aggregazzjoni tal-perijodi ta’ impjieg neċessarja għall-ammissibbiltà għall-benefiċċju ta’ allowance tal-qgħad intiża sabiex tissupplimenta d-dħul minn impjieg part-time, meta l-okkupazzjoni f’dan l-impjieg ma kienet ippreċeduta minn ebda perijodu ta’ assigurazzjoni jew ta’ impjieg f’dan l-Istat Membru.
2)
Mill-eżami tat-tieni domanda magħmula ma rriżulta l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 67(3) tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 592/2008.
(1) ĠU C 279, 24.08.2015.
Full & Egal Universal Law Academy