27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Krajský súd v Prešove – is-Slovakkja) – proċeduri kriminali kontra Jozef Grundza
(Kawża C-289/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI - Artikolu 7 - Kundizzjoni ta’ kriminalità doppja - Artikolu 9 - Raġuni għal nuqqas ta’ rikonoxximent u għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni bbażata fuq l-assenza ta’ kriminalità doppja - Ċittadin tal-Istat ta’ eżekuzzjoni kkundannat fl-Istat emittenti għal nuqqas ta’ osservanza ta’ deċiżjoni ta’ awtorità pubblika))
(2017/C 063/03)
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Krajský súd v Prešove
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Jozef Grundza
fil-preżenza ta’: Krajská prokuratúra Prešov
Dispożittiv
L-Artikolu 7(3) u l-Artikolu (9)(1)(d) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI, tas-27 ta’ Novembru 2008, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kundizzjoni ta’ kriminalità doppja għandha titqies li hija ssodisfatta f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, meta l-elementi fattwali li huma l-bażi tar-reat, kif riflessi fis-sentenza mogħtija mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti, ikunu wkoll, bħala tali, punibbli b’sanzjoni kriminali fit-territorju tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, fil-każ li jkunu twettqu f’dan it-territorju.
(1) ĠU C 294, 7.9.2015
Full & Egal Universal Law Academy