22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari taż-Zalaegerszegi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – EURO 2004. Hungary Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Nyugat-dunántúli Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága
(Kawża C-291/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Valur għal skopijiet doganali - Determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali - Valur ta’ tranżazzjoni - Prezz effettivament imħallas - Dubji bbażati fuq il-veraċità tal-prezz iddikjarat - Prezz iddikjarat inferjuri għall-prezz imħallas fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet oħrajn relatati ma’ merkanzija simili))
(2016/C 305/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Zalaegerszegi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: EURO 2004. Hungary Kft.
Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Nyugat-dunántúli Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága
Dispożittiv
L-Artikolu 181a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3254/94, tad-19 ta’ Diċembru 1994, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix prassi tal-awtoritajiet doganali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti fid-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija importata billi wieħed jibbaża ruħu fuq il-valur ta’ tranżazzjoni ta’ merkanzija simili, metodu li jidher fl-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 1996, meta l-valur ta’ tranżazzjoni ddikjarat jitqies li huwa anormalment dgħajjef meta mqabbel mal-prezzijiet ta’ xiri statistiċi medji mitluba fl-importazzjoni ta’ merkanzija simili, u dan minkejja l-fatt li l-awtoritajiet doganali ma kkonfutawx u lanqas ma qajmu dubji dwar l-awtentiċità tal-fattura u tal-attestazzjoni ta’ trasferiment prodotti bil-għan li jiġi pprovat il-prezz effettivament imħallas għall-merkanzija importata, fejn madankollu l-importatur ma pproduċiex, b’risposta għat-talba f’dan is-sens tal-awtorità doganali, provi oħra sabiex jistabbilixxi l-eżattezza tal-valur ta’ tranżazzjoni ddikjarat tagħha.
(1) ĠU C 98, 14.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy