9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vergabekammer Südbayern- il-Ġermanja) – Hörmann Reisen GmbH vs Stadt Augsburg, Landkreis Augsburg
(Kawża C-292/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank - Regolament (KE) Nru 1370/2007 - Artikolu 4(7) - Subappalt - Obbligu għall-operatur li jwettaq huwa stess parti kbira mis-servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri - Portata - Artikolu 5(1) - Proċedura tal-għoti ta’ kuntratt - Għoti ta’ kuntratt skont id-Direttiva 2004/18/KE))
(2017/C 006/24)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Vergabekammer Südbayern
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hörmann Reisen GmbH
Konvenuti: Stadt Augsburg, Landkreis Augsburg
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u Nru 1107/70, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizz ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank, l-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-regolament jibqa’ japplika għal dan il-kuntratt.
2)
L-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 1370/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-iffissar mill-awtorità kompetenti ta’ 70 % tal-proporzjon tal-provvista awtonoma mill-operatur inkarigat bl-amministrazzjoni u bl-implementazzjoni ta’ servizz pubbliku ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali.
(1) ĠU C 294, 7.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy