12.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Apelacyjny w Warszawie – il-Polonja) – Edyta Mikołajczyk vs Marie Louise Czarnecka, Stefan Czarnecki
(Kawża C-294/15) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikolu 1(1)(a) - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Kawża għall-annullament ta’ żwieġ ippreżentata minn terz wara l-mewt ta’ wieħed mill-konjuġi - Artikolu 3(1) - Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru ta’ residenza tal-“applikant” - Portata)
(2016/C 462/09)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Apelacyjny w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Edyta Mikołajczyk
Konvenuti: Marie Louise Czarnecka, Stefan Czarnecki
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li kawża għall-annullament ta’ żwieġ ippreżentata minn terz wara l-mewt ta’ wieħed mill-konjuġi taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 2201/2003.
2)
Il-ħames u s-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003 għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna li ma tkunx waħda mill-konjuġi li tippreżenta kawża għall-annullament ta’ żwieġ ma tistax tipprevalixxi ruħha mill-kapijiet ta’ ġurisdizzjoni previsti f’dawn id-dispożizzjonijiet.
(1) ĠU C 311, 21.09.2015
Full & Egal Universal Law Academy