31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil – is-Slovenja) – Medisanus d.o.o. vs Splošna Bolnišnica Murska Sobota
(Kawża C-296/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 2 u Artikolu 23(2) u (8) - Artikoli 34 u 36 TFUE - Kuntratt pubbliku għall-provvista ta’ sptar - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi l-provvista prijoritarja tal-isptarijiet bi prodotti mediċinali mmanifatturati minn plażma nazzjonali - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament))
(2017/C 249/03)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Medisanus d.o.o.
Konvenut: Splošna Bolnišnica Murska Sobota
Dispożittiv
L-Artikolu 2 u l-Artikolu 23(2) u (8) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], kif ukoll l-Artikolu 34 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 36 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu klawżola tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ kuntratt pubbliku li teżiġi, konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li taħtha taqa’ l-awtorità kontraenti, li l-prodotti mediċinali dderivati mill-plażma, li huma s-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni, ikunu mmanifatturati minn plażma miġbura f’dan l-Istat Membru.
(1) ĠU C 346, 19.10.2015
Full & Egal Universal Law Academy