18.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif - il-Lussemburgu) – Charles Kohll, Sylvie Kohll-Schlesser vs Directeur de l’administration des contributions directes
(Kawża C-300/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 21 u 45 TFUE - Moviment liberu u libertà ta’ residenza tal-persuni kif ukoll tal-ħaddiema - Taxxa fuq id-dħul - Pensjoni ta’ rtirar - Kreditu ta’ taxxa għall-pensjonanti - Kundizzjonijiet ta’ għoti - Pussess ta’ ċertifikat taż-żamma tat-taxxa maħruġ mill-amministrazzjoni nazzjonali))
(2016/C 260/15)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal administratif
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Charles Kohll, Sylvie Kohll-Schlesser
Konvenut: Directeur de l’administration des contributions directes
Dispożittiv
L-Artikoli 21 u 45 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirriżerva l-benefiċċju ta’ kreditu ta’ taxxa għall-pensjonanti biss għall-persuni taxxabbli li jkollhom ċertifikat taż-żamma tat-taxxa.
(1) ĠU C 294, 07.09.2015
Full & Egal Universal Law Academy