16.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 14/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Marc Soulier, Sara Doke vs Premier ministre, Ministre de la Culture et de la Communication
(Kawża C-301/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali u industrijali - Direttiva 2001/29/KE - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Artikoli 2 u 3 - Drittijiet ta’ riproduzzjoni u ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku - Portata - Kotba “li ma humiex disponibbli” li ma humiex jew li ma humiex iktar ippubblikati - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tafda lil soċjetà ta’ ġestjoni kollettiva l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ sfruttament diġitali, għal finijiet kummerċjali, tal-kotba li ma humiex disponibbli - Preżunzjoni legali ta’ kunsens tal-awturi - Assenza ta’ mekkaniżmu li jiggarantixxi l-informazzjoni effettiva u individwalizzata tal-awturi))
(2017/C 014/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Marc Soulier, Sara Doke
Konvenuti: Premier ministre, Ministre de la Culture et de la Communication,
fil-preżenza ta’: Société française des intérêts des auteurs de l’écrit (SOFIA), Joëlle Wintrebert et
Dispożittiv
L-Artikolu 2(a) u l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tafda lil soċjetà kollettriċi ta’ drittijiet tal-awtur awtorizzata l-eżerċizzju tad-dritt li tawtorizza r-riproduzzjoni u l-komunikazzjoni lill-pubbliku, fil-forma diġitali, ta’ kotba msejħa “li ma humiex disponibbli”, jiġifieri kotba ppubblikati fi Franza qabel l-1 ta’ Jannar 2001 u li ma huwiex iktar is-suġġett la ta’ tixrid kummerċjali u lanqas ta’ pubblikazzjoni fil-forma stampata jew diġitali, filwaqt li tippermetti lill-awturi ta’ dawn il-kotba jew lill-aventi kawża tagħhom jopponu jew itemmu tali eżerċizzju, fil-kundizzjonijiet stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni.
(1) ĠU C 294, 7.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy