12.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Łodzi – il-Polonja) – Naczelnik Urzędu Celnego I w Ł. vs G.M., M.S.
(Kawża C-303/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regoli tekniċi fis-settur tal-logħob tal-ażżard - Direttiva 98/34/KE - Kunċett ta’ “regola teknika” - Obbligu tal-Istati Membri li jikkomunikaw lill-Kummissjoni Ewropea kull abbozz ta’ regolament tekniku - Inapplikabbiltà tar-regoli li jkunu tal-kwalità ta’ regoli tekniċi mhux innotifikati lill-Kummissjoni)
(2016/C 462/10)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Łodzi
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Naczelnik Urzędu Celnego I w Ł.
Konvenuti: G.M., M.S.
fil-preżenza ta’: Colin Wiliams sp. z o.o.
Dispożittiv
L-Artikolu 1, tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998, għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma taqax taħt il-kunċett ta’ “regola teknika”, fis-sens ta’ din id-direttiva, li huwa suġġett għall-obbligu ta’ notifikazzjoni skont l-Artikolu 8(1) tal-imsemmija direttiva, li l-inosservanza tiegħu hija ssanzjonata permezz tal-inapplikabbiltà ta’ tali regola.
(1) ĠU C 311, 21.9.2015
Full & Egal Universal Law Academy