31.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Vincent Deroo-Blanquart vs Sony Europe Limited, venant aux droits de Sony France SA
(Kawża C-310/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Prattiċi kummerċjali żleali - Direttiva 2005/29/KE - Artikoli 5 u 7 - Offerta konġunta - Bejgħ ta’ kompjuter mgħammar b’softwers installati minn qabel - Tagħrif importanti marbut mal-prezz - Ommissjoni qarrieqa - Impossibbiltà tal-konsumatur li jikseb l-istess mudell ta’ kompjuter mhux mgħammar b’softwers))
(2016/C 402/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Vincent Deroo-Blanquart
Konvenuta: Sony Europe Limited, venant aux droits de Sony France SA
Dispożittiv
1)
Prattika kummerċjali konsistenti fil-bejgħ ta’ kompjuter mgħammar b’softwers installati minn qabel mingħajr il-possibbiltà li l-konsumatur jixtri l-istess mudell ta’ kompjuter mhux mgħammar b’softwers installati minn qabel ma tikkostitwixxix, bħala tali, prattika kummerċjali żleali fis-sens tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”), dment li tali prattika ma tmurx kontra r-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali u ma tbiddilx jew ma tkunx kapaċi tbiddel b’mod sostanzjali l-aġir ekonomiku tal-konsumatur medju inkonnessjoni ma’ dan il-prodott, fatt li għandu jiġi evalwat mill-qorti nazzjonali, filwaqt li tieħu inkusiderazzjoni ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-kawża prinċipali.
2)
Fil-kuntest ta’ offerta konġunta konsistenti fil-bejgħ ta’ kompjuter mgħammar b’softwers installati minn qabel, l-assenza ta’ indikazzjoni tal-prezz ta’ kull wieħed mis-softwers installati minn qabel ma tikkostitwixxix prattika kummerċjali qarrieqa fis-sens tal-Artikoli 5(4)(a) u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/29.
(1) ĠU C 294, 07.09.2015.
Full & Egal Universal Law Academy