16.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 14/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Paris, Conseil d'État – Franza) – Eco-Emballages SA vs Sphère France SAS et (C-313/15), Melitta France SAS et vs Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie (C-530/15)
(Kawżi magħquda C-313/15 u C-530/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 94/62/KE - Artikolu 3 - Imballaġġ u skart mill-imballaġġ - Kunċett - Rollijiet, tubi jew ċilindri li jitkebbu magħhom prodotti flessibbli (“Mandrini”) - Direttiva 2013/2/UE - Validità - Modifika mill-Kummissjoni Ewropea tal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ li tinsab fl-Anness I tad-Direttiva 94/62/KE - Ksur tal-kunċett ta’ “imballaġġ” - Ksur tas-setgħat ta’ implementazzjoni))
(2017/C 014/14)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de commerce de Paris, Conseil d'État
Partijiet fil-kawża prinċipali
(Kawża C-313/15)
Rikorrenti: Eco-Emballages SA
Konvenuti: Sphère France SAS, Carrefour Import SAS, SCA Tissue France SAS, Melitta France SAS, SCA Hygiène Products SAS, Wepa France SAS, li kienet Wepa Troyes SAS, Industrie Cartarie Tronchetti SpA, Industrie Cartarie Tronchetti Ibérica SL, Cofresco Frischhalteprodukte GmbH & Co. KG, Kimberly-Clark SAS, Gopack SAS, Délipapier SAS, Scamark SAS, CMC France SARL, Schweitzer SAS, Paul Hartmann SA, Wepa France SAS, li kienet Wepa Lille SAS, Système U Centrale Nationale SA, Industrie Cartarie Tronchetti France SAS
fil-preżenza ta’: Group’Hygiène syndicat professionnel (C-313/15)
(Kawża C-530/15)
Rikorrenti: Melitta France SAS, Cofresco Frischhalteprodukte GmbH & Co. KG, Délipapier SAS, Gopack SAS, Industrie Cartarie Tronchetti SpA, Industrie Cartarie Tronchetti Ibérica SL, Kimberly-Clark SAS, Wepa France SAS, li kienet Lucart France, Paul Hartmann SA, SCA Hygiène Products SAS, SCA Tissue France SAS, Group’Hygiène syndicat professionnel
Konvenut: Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie
fil-preżenza ta’: Industrie Cartarie Tronchetti France SAS
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 1994, dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, kif emendata bid-Direttiva 2004/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li mandrini fil-forma ta’ roll, tubu jew ċilindru, li jitkebbu magħhom prodotti flessibbli, mibjugħin lill-konsumaturi, jikkostitwixxu “imballaġġ” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 294, 7.9.2015.
ĠU C 414, 14.12.2015.
Full & Egal Universal Law Academy