30.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Novembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-314/15) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Artikolu 4(1) u (3) - Trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti))
(2017/C 030/07)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u E. Manhaeve, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: S. Ghiandoni, A. Daly u D. Colas)
Dispożittiv
1)
Billi ma żguratx trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti tal-ilma urban mormi li ġej mill-agglomerazzjonijiet ta’ Goyave, ta’ Bastelica, ta’ Morne-à-l’Eau, ta’ Aiguilles-Château-Ville Vieille, ta’ Borgo-Nord, ta’ Isola, ta’ Plombières-les-Bains, ta’ Saint-Céré, ta’ Vincey, ta’ Etueffont kif ukoll ta’ Volx u Villeneuve, jiġifieri għar-rimi kollu tagħhom, li jirrigwarda agglomerazzjonijiet li għandhom ekwivalenza ta’ popolazzjoni bejn 10 000 u 15 000, jew għar-rimi fl-ilma ħelu u l-estwarji, li jirrigwarda agglomerazzjonijiet li għandhom ekwivalenza ta’ popolazzjoni bejn 2 000 u 10 000, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu (1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, kif emendata bir-Regolament (KE) Nruo1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 294, 7.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy