16.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 14/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq it-talba ta’: Timothy Martin Hemming, li jaġixxi taħt l-isem kummerċjali “Simply Pleasure Ltd.” et vs Westminster City Council
(Kawża C-316/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 2006/123/KE - Artikolu 13(2) - Proċeduri ta’ awtorizzazzjoni - Kunċett ta’ spiża li tista’ tirriżulta minnhom))
(2017/C 014/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Queen, fuq it-talba ta’: Timothy Martin Hemming, li jaġixxi taħt l-isem kummerċjali “Simply Pleasure Ltd.”, James Alan Poulton, Harmony Ltd, Gatisle Ltd, li taġixxi taħt l-isem kummerċjali “Janus”, Winart Publications Ltd, Darker Enterprises Ltd, Swish Publications Ltd
Konvenut: Westminster City Council
fil-preżenza ta’: The Architects’ Registration Board, The Solicitors’ Regulation Authority, The Bar Standards Board, The Care Quality Commission, The Farriers’ Registration Council, The Law Society, The Bar Council, The Local Government Association, Her Majesty’s Treasury
Dispożittiv
L-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-rekwiżit tal-ħlas, fil-mument tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-għoti jew għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni, ta’ tariffa li parti minnha tikkorrispondi għall-ispejjeż marbuta mal-ġestjoni u mal-infurzar tal-iskema ta’ awtorizzazzjoni kkonċernata, anki jekk dik il-parti tista’ tinġabar lura fil-każ li dik l-applikazzjoni tiġi miċħuda.
(1) ĠU C 311, 21.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy