13.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 382/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-320/15) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Artikolu 4(1) u (3) - Trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti))
(2017/C 382/04)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos u E. Manhaeve, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)
Sostnuta minn: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentati minn C. Brodie u J. Kraehling, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi ma żguratx trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti tal-ilma urban mormi li joriġina mill-agglomerazzjonijiet ta’ Prosotsani, Doxato, Eleftheroupoli, Vagia u Galatista, b’ekwivalenza ta’ popolazzjoni ta’ bejn 2 000 u 10 000, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Ellenika għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 328, 5.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy