15.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Marzu 2017 – Hitachi Chemical Europe GmbH, Polynt SpA vs New Japan Chemical, REACh ChemAdvice GmbH, Sitre Srl, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-324/15 P) (1)
((Appell - Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) - Artikolu 57(f) - Awtorizzazzjoni - Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna - Identifikazzjoni - Livell ta’ tħassib ekwivalenti - Hexahydromethylphthalic anhydride, hexahydro-4-methylphthalic anhydride, hexahydro-1-methylphthalic anhydride u hexahydro-3-methylphthalic anhydride))
(2017/C 151/07)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Hitachi Chemical Europe GmbH, Polynt SpA (rappreżentanti: C. Mereu u M. Grunchard, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: New Japan Chemical (rappreżentanti: C. Mereu u M. Grunchard, avukati), REACh ChemAdvice GmbH, (rappreżentanti: C. Mereu u M. Grunchard, avukati), Sitre Srl (rappreżentanti: C. Mereu u M. Grunchard, avukati), l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, C. Buchanan, W. Broere, u T. Zbihlej, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Schillemans u M. Bulterman, aġenti), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Kukovec u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Hitachi Chemical Europe GmbH u Polynt SpA għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk esposti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).
3)
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
4)
New Japan Chemical u REACh ChemAdvice GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 311, 21.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy