20.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā apgabaltiesa – il-Latvja) – “DNB Banka” AS vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-326/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(f) - Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali - Eżenzjoni ta’ provvisti ta’ servizzi minn gruppi indipendenti ta’ persuni lill-membri tagħhom - Applikabbiltà fil-qasam tas-servizzi finanzjarji))
(2017/C 392/06)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Administratīvā apgabaltiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“DNB Banka” AS
Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests
Dispożittiv
L-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni tkopri biss il-gruppi indipendenti ta’ persuni li l-membri tagħhom jeżerċitaw attività ta’ interess ġenerali msemmija f’dan l-Artikolu 132 ta’ din id-direttiva u li, għalhekk, is-servizzi pprovduti minn grupp li l-membri tiegħu jeżerċitaw attività ekonomika fil-qasam tas-servizzi finanzjarji li ma tikkostitwixxix tali attività ta’ interess ġenerali, ma jibbenefikawx minn din l-eżenzjoni.
(1) ĠU C 311, 21.09.2015.
Full & Egal Universal Law Academy