26.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 350/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016 – Johannes Tomana et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u L-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-330/15 P) (1)
((Appell - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet li jagħmlu parti mill-gvern taż-Żimbabwe jew li huma marbuta miegħu - Lista ta’ persuni, ta’ gruppi u ta’ entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni tal-ismijiet tal-appellanti))
(2016/C 350/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Johannes Tomana et (rappreżentanti: M. O’Kane, Solicitor, M. Lester u Z. Al-Rikabi, Barristers)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u A. Vitro, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Georgieva, M. Konstantinidis u T. Scharf, aġenti), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: M. Holt, aġent, assistit minn S. Lee, barrister)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Johannes Tomana u l-120 appellant ieħor li isimhom jinsab fl-anness ta’ din is-sentenza huma kkundannati sabiex ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
(1) ĠU C 302, 14.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy