26.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 350/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Treviso – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Giuseppe Astone
(Kawża C-332/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 167, 168, 178 sa 182, 193, 206, 242, 244, 250, 252 u 273 - Dritt għal tnaqqis tal-VAT - Rekwiżiti sostantivi - Rekwiżiti proċedurali - Terminu ta’ dekadenza - Dispożizzjonijiet nazzjonali li jeskludu d-dritt għal tnaqqis f’każ ta’ osservanza tal-parti l-kbira tar-rekwiżiti proċedurali - Evażjoni fiskali))
(2016/C 350/13)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Treviso
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Giuseppe Astone
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 167, 168, 178, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 179, u l-Artikoli 180 u 182 tad-Direttiva tal-Kunsill2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi terminu ta’ dekadenza għall-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sakemm il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività jiġu osservati, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
2)
L-Artikoli 168, 178, 179, 193, 206, 242, 244, 250, 252 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-awtoritajiet fiskali li jirrifjutaw lil persuna taxxabbli d-dritt għal tnaqqis tal-VAT meta jkun stabbilit li din tal-aħħar tkun naqset li twettaq b’mod frawdolenti, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, il-parti l-kbira tal-obbligi proċedurali li huma imposti fuqha, sabiex tibbenefika minn dan id-dritt.
(1) ĠU C 320, 28.09.2015.
Full & Egal Universal Law Academy