29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbetsdomstolen – l-Iżvezja) – Unionen vs Almega Tjänsteförbunden, ISS Facility Services AB
(Kawża C-336/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2001/23/KE - Artikolu 3 - Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema f’każ ta’ trasferiment ta’ impriżi - Ftehimiet kollettivi applikabbli għaċ-ċessjonarja u għaċ-ċedenti - Terminu ta’ preavviż supplementari mogħti lill-ħaddiema mkeċċija - Teħid inkunsiderazzjoni tas-servizz imwettaq maċ-ċedenti)
(2017/C 168/07)
Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż
Qorti tar-rinviju
Arbetsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Unionen
Konvenuti: Almega Tjänsteförbunden,
ISS Facility Services AB
Dispożittiv
L-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, iċ-ċessjonarja għandha tinkludi, fil-mument tat-tkeċċija ta’ ħaddiem iktar minn sena wara t-trasferiment tal-impriża, fil-kalkolu tat-tul ta’ servizz ta’ dan il-ħaddiem, rilevanti għad-determinazzjoni tal-preavviz li dan tal-aħħar għandu dritt għalih, it-tul ta’ servizz tal-imsemmi ħaddiem maċ-ċedenti.
(1) ĠU C 311, 21.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy