29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ April 2017 – L-Ombudsman Ewropew vs Claire Staelen
(Kawża C-337/15 P) (1)
((Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea - Trattament mill-Ombudsman Ewropew ta’ lment dwar il-ġestjoni ta’ lista ta’ kandidati xierqa li tirriżulta minn kompetizzjoni ġenerali - Ksur tal-obbligu ta’ diliġenza - Kunċett ta’ “ksur suffiċjentement serju” ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni - Dannu morali - Telf ta’ fiduċja fl-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew))
(2017/C 168/08)
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: L-Ombudsman Ewropew (rappreżentant: inizjalment G. Grill, sussegwentement L. Papadias, P. Dyrberg, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Claire Staelen (rappreżentant: V. Olona, avukat)
Dispożittiv
1)
It-talba mressqa minn Claire Staelen fir-risposta tagħha sabiex l-Ombudsman Ewropew jiġi kkundannat iħallasha kumpens ta’ EUR 50 000 hija inammissibbli.
2)
Il-punti 1, 3 u 4 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta’ April 2015, Staelen vs L-Ombudsman (T-217/11, EU:T:2015:238), huma annullati.
3)
L-Ombudsman Ewropew huwa kkundannat iħallas kumpens ta’ EUR 7 000 lil Claire Staelen.
4)
Claire Staelen hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess u dawk tal-Ombudsman Ewropew relatati mal-appell inċidentali, miċħud bid-digriet tad-29 ta’ Ġunju 2016, L-Ombudsman vs Staelen (C-337/15 P, mhux ippubblikat, EU:C:2016:670).
5)
L-Ombudsman Ewropew huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess, kif ukoll dawk ta’ Claire Staelen, relatati kemm mal-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll mal-appell prinċipali.
(1) ĠU C 294, 7.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy