6.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 70/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Appeal Commissioners – l-Irlanda) – National Roads Authority vs The Revenue Commissioners
(Kawża C-344/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) - Attività ta’ ġestjoni u ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ infrastrutturi tat-toroq bi ħlas ta’ pedaġġ - Attivitajiet imwettqa minn korp irregolat mid-dritt pubbliku bħala awtorità pubblika - Preżenza ta’ operaturi privati - Distorsjonijiet sinjifikattivi tal-kompetizzjoni - Eżistenza ta’ kompetizzjoni attwali jew potenzjali))
(2017/C 070/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Appeal Commissioners
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: National Roads Authority
Konvenuti: The Revenue Commissioners
Dispożittiv
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, korp irregolat mid-dritt pubbliku li jeżerċita attività li tipprovdi l-aċċess għal triq bi ħlas ta’ pedaġġ ma għandux jitqies li huwa f’kompetizzjoni mal-operaturi privati li jiġbru pedaġġi fuq toroq oħra b’pedaġġ skont ftehim mal-korp irregolat mid-dritt pubbliku kkonċernat skont dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali.
(1) ĠU C 311, 21.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy