16.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 14/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgerichtshof – L-Awstrija) – Stadt Wiener Neustadt vs Niederösterreichische Landesregierung
(Kawża C-348/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Direttiva 85/337/KEE - Direttiva 2011/92/UE - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “att speċifiku ta’ leġislazzjoni nazzjonali” - Nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent - Awtorizzazzjoni definittiva - Regolarizzazzjoni leġiżlattiva a posteriori tan-nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent - Prinċipju ta’ koperazzjoni - Artikolu 4 TUE)
(2017/C 014/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Stadt Wiener Neustadt
Konvenut: Niederösterreichische Landesregierung
Fil-preżenza ta’: .A.S.A. Abfall Service AG
Dispożittiv
L-Artikolu 1(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din tal-aħħar, proġett li jaqa’ taħt dispożizzjoni leġiżlattiva bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha proġett li jkun is-suġġett ta’ deċiżjoni adottata bi ksur tal-obbligu ta’ evalwazzjoni tal-effetti tiegħu fuq l-ambjent, li fir-rigward tagħha jkun skada t-terminu għall-preżentata ta’ rikors għal annullament, għandu jitqies bħala legalment awtorizzat. Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi tali dispożizzjoni leġiżlattiva safejn din tipprovdi li għandu jitqies li twettqet evalwazzjoni preliminari tal-effetti fuq l-ambjent għali tali proġett.
(1) ĠU C 363, 03.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy