6.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 70/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Jannar 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Total SA, Elf Aquitaine SA
(Kawża C-351/15 P) (1)
((Appell - Akkordji - Suq tal-metakrilati - Multi - Responsabbiltà in solidum ta’ kumpanniji omm u tas-sussidjarja tagħhom għall-aġir ta’ ksur ta’ din tal-aħħar - Ħlas tal-multa mis-sussidjarja - Tnaqqis tal-ammont tal-multa tas-sussidjarja wara sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Ittri tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni Ewropea li jeżiġu mill-kumpanniji omm il-ħlas tas-somma rrimborsata minnha lis-sussidjarja, miżjuda bl-interessi moratorji - Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva))
(2017/C 070/05)
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u F. Dintilhac, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Total SA, Elf Aquitaine SA (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery u E. Lagathu, avukati)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn Total SA u Elf Aquitaine SA.
3)
L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 294, 7.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy