10.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-356/15) (1)
((“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Sigurtà soċjali - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikoli 11 u 12 kif ukoll l-Artikolu 76(6) - Regolament (KE) Nru 987/2009 - Artikolu 5 - Kollokament ta’ ħaddiem - Affiljazzjoni ma’ skema ta’ sigurtà soċjali - Ġlieda kontra l-frodi - Ċertifikat A1 - Rifjut ta’ rikonoxximent mill-Istat Membru tal-eżerċizzju tal-attività professjonali f’każ ta’ frodi jew ta’ abbuż))
(2018/C 319/02)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Martin, aġent)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: L. Van den Broeck u M. Jacobs, aġenti, assistiti minn P. Paepe, avukat)
Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, M. Browne, G. Hodge u A. Joyce, aġenti, assistiti minn C. Toland, BL)
Dispożittiv
1)
Billi adotta l-Artikoli 23 u 24 tal-liġi-programm, tas-27 ta’ Diċembru 2012, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 11(1), l-Artikolu 12(1) kif ukoll l-Artikolu 76(6) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 465/2012, tat-22 ta’ Mejju 2012, kif ukoll skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 302, 14.09.2015.
Full & Egal Universal Law Academy