20.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 – Easy Sanitary Solutions BV vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Group Nivelles NV
(Kawża Magħquda C-361/15 P u C-405/15 P) (1)
((Appell - Proprjetà Intellettwali - Disinni Komunitarji - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Artikolu 5 - Novità - Artikolu 6 - Karattru individwali - Artikolu 7 - Żvelar lill-pubbliku - Artikolu 63 - Kompetenzi tal-EUIPO fil-kuntest tal-amministrazzjoni tal-prova - Rekwiżiti marbuta mar-riproduzzjoni tad-disinn preċedenti - Disinn li jirrappreżenta drejn tal-ilma tad-doċċa - Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mill-Bord tal-Appell))
(2017/C 392/07)
Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż
Partijiet
Appellanti: Easy Sanitary Solutions BV (rappreżentant: F. Eijsvogels, advocaat) (C-361/15 P), l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea) (EUIPO) (rappreżentanti: S. Bonne u A. Folliard-Monguiral, aġenti) (C-405/15 P)
Parti oħra fil-proċedura: Group Nivelles NV (rappreżentant: H. Jonkhout, advocaat)
Intervenjent insostenn tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (C-405/15 P): Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: J. Kraehling u C. R. Brodie, aġenti, assistiti minn N. Saunders, barrister)
Dispożittiv
1)
L-appelli fil-Kawżi C-361/15 P u C-405/15 P huma miċħuda.
2)
Easy Sanitary Solutions BV għandha tbati l-ispejjeż sostnuti minn Group Nivelles NV u mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) fil-Kawża C-361/15 P.
3)
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż sostnuti minn Group Nivelles NV fil-Kawża C-405/15 P kif ukoll terz minn dawk sostnuti minn Easy Sanitary Solutions BV fil-Kawża C-405/15 P.
4)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż proprji tiegħu fil-Kawża C-405/15 P.
(1) ĠU C 337, 12.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy