29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-5 ta’ April 2017 – Changshu City Standard Parts Factory, Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI)
(Kawżi Magħquda C-376/15 P u C-377/15 P) (1)
((Appell - Dumping - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 924/2012 - Importazzjoni ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 2(10) u (11) - Esklużjoni ta’ ċerti tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping - Paragun xieraq bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali fil-każ ta’ importazzjonijiet minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq))
(2017/C 168/09)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Changshu City Standard Parts Factory, Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd (rappreżentanti: R. Antonini u E. Monard, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u S. Boelaert, aġenti, assistiti minn N. Tuominen, avukat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u M. França, aġenti), European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tad-29 ta’ April 2015, Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener vs Il-Kunsill (T-558/12 u T-559/12, EU:T:2015:237), hija annullata.
2)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 924/2012, tal-4 ta’ Ottubru 2012, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa annullat sa fejn jirrigwarda lil Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd.
3)
L-appell fil-Kawża C-377/15 P huwa miċħud.
4)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd, relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza fil-Kawżi T-558/12 u T-559/12 kif ukoll ma’ dik tal-appell fil-Kawża C-376/15 P.
5)
Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea relatati mal-proċedura tal-appell fil-Kawża C-377/15 P.
6)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mal-proċeduri fl-ewwel istanza fil-Kawżi T-558/12 u T-559/12 kif ukoll ma’ dawk tal-appell fil-Kawżi C-376/15 P u C-377/15 P.
(1) ĠU C 381, 16.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy