19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Belġju) – Hilde Orleans, Rudi Van Buel, Marina Apers (C-387/15) u Denis Malcorps, Myriam Rijssens, Guido Van De Walle (C-388/15) vs Vlaams Gewest
(Kawżi Magħquda C-387/15 u C-388/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali - Żoni speċjali ta’ konservazzjoni - Sit Natura 2 000 “Estwarju tax-Schelde u tad-Durme tal-fruntiera Olandiża sa Gand” - Żvilupp ta’ żona portwali - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett - Twettiq ta’ effetti negattivi - Żvilupp minn qabel iżda li għadu ma ġiex kompletat ta’ żona tat-tip ekwivalenti għall-parti meqruda - Kompletar wara l-evalwazzjoni - Artikolu 6(3) u (4)))
(2016/C 343/11)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hilde Orleans, Rudi Van Buel, Marina Apers (C-387/15) u Denis Malcorps, Myriam Rijssens, Guido Van De Walle (C-388/15)
Konvenut: Vlaams Gewest
Fil-preżenza ta’: Gemeentelijk Havenbedrijf Antwerpen
Dispożittiv
L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, għandu jiġi interpretat fis-sens li xi miżuri, inklużi fi pjan jew proġett mhux direttament marbut jew neċessarju għall-ġestjoni ta’ sit ta’ importanza komunitarja, li huwa maħsub, minn qabel għat-twettiq ta’ effetti negattivi fuq tip ta’ habitat naturali preżenti fuq dan, l-iżvilupp futur ta’ żona ta’ dan it-tip, iżda li l-kompletar ser iseħħ wara l-evalwazzjoni tan-natura sinjifikattiva tal-ħsara eventwalment magħmula lill-integrità tal-imsemmi sit, ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni matul din l-evalwazzjoni. Jekk ikun il-każ, tali miżuri ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala “miżuri ta’ kumpens”, fis-sens tal-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu, ħlief sa fejn ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fih.
(1) ĠU C 354, 26.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy