18.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 437/2
Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (Awla Manja) tal–25 ta’ Ottubru 2017 – Il–Kummissjoni Ewropea vs Il–Kunsill tal–Unjoni Ewropea
(Kawża C-389/15) (1)
((Rikors għal annullament - Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar Ftehim ta’ Lisbona rrevedut dwar id-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi - Artikolu 3(1) TFUE - Kompetenza esklużiva tal-Unjoni - Politika kummerċjali komuni - Artikolu 207(1) TFUE - Aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali))
(2017/C 437/02)
Lingwa tal-kawża: l–Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il–Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, J. Guillem Carrau, B. Hartmann, A. Lewis u M. Kocjan, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Il–Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Etienne, A. Neergaard u R. Passos, aġenti)
Konvenut: Il–Kunsill tal–Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Balta u F. Florindo Gijón, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir–Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Hedvábná u K. Najmanová, M. Smolek u J. Vláčil, aġenti), Ir–Repubblika Federali tal–Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Techert, aġenti), Ir–Repubblika Ellenika (rappreżentant: M. Tassopoulou, aġent), Ir–Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. A. Sampol Pucurull, aġent), Ir–Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. De Bergues, D. Colas, F. Fize, B. Fodda u D. Segoin, aġenti), Ir–Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato), L–Ungerija (rappreżentanti: M. Bóra, M. Z. Fehér u G. Koós, aġenti), Ir–Renju tal–Pajjiżi l–Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, M. Gijzen u B. Koopman, aġenti), Ir–Repubblika tal–Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent), Ir–Repubblika Portugiża (rappreżentanti: M. Figueiredo, L. Inez Fernandes u M. L. Duarte, aġenti), Ir–Repubblika Slovakka (rappreżentanti: M. Kianička, aġent), Ir–Renju Unit tal–Gran Brittanja u l–Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Brodie u D. Robertson, aġenti)
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 8512/15, tas-7 ta’ Mejju 2015, li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar Ftehim ta’ Lisbona rrevedut dwar id-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi, għal dak li jirrigwarda kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni Ewropea, hija annullata.
2)
L-effetti tad-Deċiżjoni 8512/15 għandhom jinżammu sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli li ma jistax jaqbeż is-sitt xhur b’effett mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, ta’ deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ibbażata fuq l-Artikoli 207 u 218 TFUE.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.
4)
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, l-Ungerija, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika Slovakka, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 311, 21.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy