14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/21
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Landkreis Potsdam-Mittelmark vs Finanzamt Brandenburg
(Kawża C-400/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Dritt għal tnaqqis - Deċiżjoni 2004/817/KE - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru - Spejjeż relatati ma’ oġġetti u servizzi - Perċentwali tal-użu tagħhom għal skopijiet mhux ekonomiċi ta’ iktar minn 90 % tal-użu totali tagħhom - Esklużjoni mid-dritt għal tnaqqis))
(2016/C 419/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Landkreis Potsdam-Mittelmark
Konvenut: Finanzamt Brandenburg
Dispożittiv
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/817/KE, tad-19 ta’ Novembru 2004, li tawtorizza lill-Ġermanja tapplika miżura derogatorja mill-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta’ taxxi fuq il-valur tal-bejgħ [id-dħul mill-bejgħ], għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal sitwazzjoni fejn impriża takkwista oġġetti jew servizzi li hija tuża f’perċentwali ta’ iktar minn 90 % għal attivitajiet mhux ekonomiċi, li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud.
(1) ĠU C 363, 3.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy