13.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative – il-Lussemburgu) – Noémie Depesme, Saïd Kerrou (C-401/15), Adrien Kauffmann (C-402/15), Maxime Lefort (C-403/15) vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche
(Kawżi Magħquda C-401/15 sa C-403/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-persuni - Drittijiet tal-ħaddiema - Ugwaljanza fit-trattament - Benefiċċji soċjali - Għajnuna finanzjarja għat-tkomplija ta’ studji f’edukazzjoni ogħla - Kundizzjoni ta’ filjazzjoni - Kunċett ta’ “wild” - Wild tal-konjuġi jew tas-sieħeb irreġistrat - Kontribuzzjoni għall-manteniment ta’ dan il-wild))
(2017/C 046/07)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour administrative
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Noémie Depesme, Saïd Kerrou (C-401/15), Adrien Kauffmann (C-402/15), Maxime Lefort (C-403/15)
Konvenut: Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche
Dispożittiv
L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li wild ħaddiem fruntalier, li jista’ jibbenefika indirettament mill-benefiċċji soċjali msemmija f’din l-aħħar dispożizzjoni, bħall-finanzjament tal-istudji mogħti minn Stat Membru lill-ulied tal-ħaddiema li jeżerċitaw jew li eżerċitaw l-attività tagħhom f’dan l-Istat, ma għandux jitqies li huwa biss wild li għandu rabta ta’ filjazzjoni ma’ dan il-ħaddiem iżda wkoll wild il-konjuġi jew sieħeb irreġistrat tal-imsemmi ħaddiem, meta dan tal-aħħar jikkontribwixxi għall-manteniment ta’ dan il-wild. Dan l-aħħar rekwiżit jirriżulta minn sitwazzjoni ta’ fatt, li għandu jiġi evalwat mill-amministrazzjoni u, jekk ikun il-każ, mill-qrati nazzjonali, mingħajr ma jkun meħtieġ għalihom li jiddeterminaw ir-raġunijiet ta’ din il-kontribuzzjoni jew li jikkwantifikaw id-daqs eżatt tagħha.
(1) ĠU C 302, 14.09.2015.
Full & Egal Universal Law Academy