15.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Marzu 2017 – Stichting Woonpunt, Woningstichting Haag Wonen, Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Belġju, Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN)
(Kawża C-415/15 P) (1)
((Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna eżistenti - Artikolu 108(1) TFUE - Skemi ta’ għajnuna favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikoli 17, 18 u 19 - Evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-kompatibbiltà ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti mas-suq intern - Proposta ta’ miżuri utli - Impenji meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali li jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni - Deċiżjoni ta’ kompatibbiltà - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju - Effetti legali))
(2017/C 151/09)
Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż
Partijiet
Appellanti: Stichting Woonpunt, Woningstichting Haag Wonen, Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl (rappreżentanti: L. Hancher, E. Besselink u P. Glazener, advocaten)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë u P.J. Loewenthal, aġenti), Ir-Renju tal-Belġju, Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN) (rappreżentant: M. Meulenbelt, advocaat)
Dispożittiv
1)
Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Mejju 2015, Stichting Woonpunt et vs Il-Kummissjoni (T-203/10 RENV, mhux ippubblikat, EU:T:2015:286), huwa annullat.
2)
Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 337, 12.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy