12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/24
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Selena România Srl vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) București
(Kawża C-416/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika kummerċjali - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 13 - Evitar - Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru 791/2011 - Drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Dazji antidumping - Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru 437/2012 - Kunsinna mit-Tajwan - Ftuħ ta’ investigazzjoni - Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru 21/2013 - Estensjoni tad – dazju antidumping - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Irkupru a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni))
(2016/C 335/32)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bucureşti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Selena România Srl
Konvenuta: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) București
Dispożittiv
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 21/2013, tal-10 ta’ Jannar 2013, li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 dwar ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kkunsinjati mit-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja kif ukoll jekk le, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dazju antidumping definittiv estiż minn din id-dispożizzjoni ma huwiex applikabbli retroattivament għal prodotti kkunsinnati mit-Tajwan, irrilaxxati għal ċirkulazzjoni libera fl-Unjoni wara d-data ta’ dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011, tat-3 ta’ Awwissu 2011, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, iżda qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 437/2012, tat-23 ta’ Mejju 2012, li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ evażjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill […] Nru 791/2011 […], u li jissoġġetta dawn l-importazzjonijiet għar-reġistrazzjoni. Madankollu, id-dazju antidumping stabbilit bl-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 791/2011 huwa applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ tali prodotti, jekk jiġi stabbilit li, għalkemm ikkunsinnati mit-Tajwan u ddikjarati bħala li joriġinaw minn dan il-pajjiż, dawn il-prodotti fil-verità joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
(1) ĠU C 346, 19.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy