29.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 314/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Thomas Philipps GmbH & Co. KG vs Grüne Welle Vertriebs GmbH
(Kawża C-419/15) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Disinni Komunitarji - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Artikoli 32 u 33 - Liċenzja - Reġistru ta’ disinni Komunitarji - Dritt tal-persuna liċenzjata li tressaq azzjoni għal vjolazzjoni minkejja n-nuqqas ta’ iskrizzjoni tal-liċenzja fir-reġistru - Dritt tal-persuna liċenzjata li tressaq azzjoni għal vjolazzjoni bil-għan li tikseb kumpens għad-dannu mġarrab minnha])
(2016/C 314/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Thomas Philipps GmbH & Co. KG
Konvenuta: Grüne Welle Vertriebs GmbH
Dispożittiv
1)
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-persuna liċenzjata tista’ tressaq azzjoni għal vjolazzjoni ta’ disinn Komunitarju rreġistrat li jkun is-suġġett tal-liċenzja minkejja li dan tal-aħħar ma jkunx irreġistrat fir-reġistru ta’ disinni Komunitarji.
2)
L-Artikolu 32(3) tar-Regolament Nru 6/2002 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna liċenzjata tista’, fil-kuntest ta’ azzjoni għal vjolazzjoni ta’ disinn Komunitarju mibdija minnha konformement ma’ din id-dispożizzjoni, tagħmel talba għal kumpens għad-dannu mġarrab minnha.
(1) ĠU C 346, 19.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy