31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tal-31 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles – il-Belġju) – proċeduri kriminali kontra U
(Kawża C-420/15) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 45 TFUE - Moviment liberu tal-ħaddiema - Obbligu ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura li hija proprjetà ta’ persuna residenti fil-Belġju u intiża li tintuża fl-Italja)
(2017/C 249/04)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance francophone de Bruxelles
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
U
Dispożittiv
L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha ħaddiem residenti għandu l-obbligu li jirreġistra f’dan l-Istat Membru vettura li huwa l-proprjetarju tagħha iżda li hija diġà rreġistrata fi Stat Membru ieħor u hija intiża essenzjalment sabiex tiġi użata fit-territorju ta’ dan l-aħħar Stat.
(1) ĠU C 346, 19.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy