26.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 350/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – Nils-Johannes Kratzer vs R+V Allgemeine Versicherung AG
(Kawża C-423/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikolu 3(1)(a) - Direttiva 2006/54/KE - Ugwaljanza tal-opportunitajiet u ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikolu 14(1)(a) - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “aċċess għall-impjieg, għal xogħol ta’ min jaħdem għal rasu u għal xogħol ieħor” - Preżentazzjoni ta’ kandidatura għal impjieg intiż li jinkiseb l-istatus formali ta’ applikant biss sabiex jintalab kumpens għal diskriminazzjoni - Abbuż ta’ dritt))
(2016/C 350/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Nils-Johannes Kratzer
Konvenuta: R+V Allgemeine Versicherung AG
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, u l-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li sitwazzjoni li fiha persuna, billi tippreżenta l-kandidatura tagħha għal impjieg, tfittex li tikseb mhux dan l-impjieg, iżda biss l-istatus formali ta’ applikant, bl-għan waħdieni li titlob kumpens, ma taqax taħt il-kunċett ta’ “aċċess għall-impjieg jew xogħol” fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, u tista’, jekk ir-rekwiżiti taħt id-dritt tal-Unjoni jkunu ssodisfatti, tiġi kklassifikata bħala abbuż ta’ dritt.
(1) ĠU C 320, 28.09.2015
Full & Egal Universal Law Academy