6.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 70/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Nejvyšší soud České republiky – Ir-Repubblika Ċeka) – NEW WAVE CZ, a.s. vs ALLTOYS, spol. s r. o.
(Kawża C-427/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Direttiva 2004/48/KE - Azzjoni marbuta ma’ leżjoni ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali - Dritt għal informazzjoni - Talba għal informazzjoni fi proċedura - Proċedura marbuta mal-azzjoni li wasslet għall-konstatazzjoni ta’ leżjoni ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali))
(2017/C 070/07)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší soud České republiky
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: NEW WAVE CZ, a.s.
Konvenuta: ALLTOYS, spol. s r. o.
Dispożittiv
L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan japplika għal sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha, wara l-għeluq definittiv ta’ azzjoni li tkun wasslet għall-konstatazzjoni ta’ leżjoni ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali, rikorrent jitlob, fi proċedura awtonoma, informazzjoni dwar l-oriġini u n-netwerks ta’ distribuzzjoni tal-oġġetti jew tas-servizzi li jilledu dan id-dritt.
(1) ĠU C 371, 09.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy