19.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 475/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal – l-Irlanda) – Evelyn Danqua vs Minister for Justice and Equality, Ireland, Attorney General
(Kawża C-429/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/83/KE - Standards minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Regola ta’ proċedura nazzjonali li tipprevedi, għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja, terminu ta’ ħmistax-il jum ta’ xogħol li jibdew min-notifika taċ-ċaħda tal-applikazzjoni għal ażil - Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri - Prinċipju ta’ ekwivalenza - Prinċipju ta’ effettività - Żvolġiment tajjeb tal-proċedura ta’ eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni susiusdjarja - Żvolġiment tajjeb tal-proċedura ta’ ritorn - Inkompatibbiltà))
(2016/C 475/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Evelyn Danqua
Konvenut: Minister for Justice and Equality, Ireland, Attorney General
Dispożittiv
Il-prinċipju ta’ effettività għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola ta’ proċedura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta applikazzjoni għall-ksib tal-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja għal terminu ta’ dekadenza ta’ ħmistax-il jum ta’ xogħol li jibdew jiddekorru min-notifika, mill-awtorità kompetenti, tal-possibbiltà, għal applikant għal ażil li ġie miċħud, li jippreżenta tali applikazzjoni.
(1) ĠU C 320, 28.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy