26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 3 de Barcelona – Spanja) – Asociación Profesional Elite Taxi vs Uber Systems Spain, SL
(Kawża C-434/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 56 TFUE - Artikolu 58(1) TFUE - Servizzi fil-qasam tat-trasport - Direttiva 2006/123/KE - Servizzi fis-suq intern - Direttiva 2000/31/KE - Direttiva 98/34/KE - Servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni - Servizz ta’ intermedjazzjoni li jippermetti, permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones, it-tqegħid f’kuntatt bi ħlas ta’ xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura tagħhom stess ma’ persuni li jixtiequ jwettqu vjaġġi urbani - Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni))
(2018/C 072/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil no 3 de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Asociación Profesional Elite Taxi
Konvenuta: Uber Systems Spain, SL
Dispożittiv
L-Artikolu 56 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 58(1) TFUE, kif ukoll l-Artikolu 2(2)(d) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, u l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta’ l-Informatika, kif emendata mid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 1998, imsemmi fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku), għandhom jiġu interpretati fis-sens li servizz ta’ intermedjazzjoni, bħal dak fil-kawża prinċipali, li għandu bħala għan, permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones, it-tqegħid f’kuntatt, bi ħlas, ta’ xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura tagħhom stess ma’ persuni li jixtiequ jwettqu vjaġġ urban, għandu jitqies li huwa marbut b’mod indissoċjabbli ma’ servizz ta’ trasport u li jaqa’, għalhekk, taħt il-klassifikazzjoni ta’ “servizz fil-qasam tat-trasport”, fis-sens tal-Artikolu 58(1) TFUE. Tali servizz għandu, għaldaqstant, jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE, tad-Direttiva 2006/123 u tad-Direttiva 2000/31.
(1) ĠU C 363, 3.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy