24.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 239/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Mejju 2017 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea vs Deluxe Entertainment Services Group Inc.
(Kawża C-437/15 P) (1)
((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “deluxe” - Rifjut ta’ reġistrazzjoni mill-eżaminatur))
(2017/C 239/07)
Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol
Partijiet
Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) [rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent]
Parti oħra fil-proċedura: Deluxe Entertainment Services Group Inc. [rappreżentanti: L. Gellman, advocate u M. Esteve Sanz, abogada]
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tal-4 ta’ Ġunju 2015, Deluxe Laboratories vs UASI (deluxe) (T-222/14, mhux ippubblikata, EU:T:2015:364), hija annullata.
2)
Il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 346, 19.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy