20.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 53/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Veneto – l-Italja) – Associazione Italia Nostra Onlus vs Comune di Venezia et
(Kawża C-444/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2001/42/KE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent - Artikolu 3(3) - Pjanijiet u programmi obbligatorjament suġġetti għal evalwazzjoni ambjentali unikament meta l-Istati Membri jistabbilixxu li huma jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent - Validità fir-rigward tat-Trattat FUE u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Kunċett ta’ użu ta’ “żoni żgħar fil-livell lokali” - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħmel riferiment għas-superfiċji taż-żoni kkonċernati))
(2017/C 053/17)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Veneto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Associazione Italia Nostra Onlus
Konvenuti: Comune di Venezia, Ministero per i beni e le attività culturali, Regione del Veneto, Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero della Difesa Capitaneria di Porto di Venezia, Agenzia del Demanio
fil-preżenza ta’: Società Ca’ Roman Srl
Dispożittiv
1)
L-eżami tal-ewwel domanda preliminari ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
2)
L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42, moqri flimkien mal-premessa 10 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “żoni żgħar fil-livell lokali” li jidher f’dan il-paragrafu 3 għandu jiġi ddefinit billi jsir riferiment għas-superfiċji taż-żona kkonċernata fil-kundizzjonijiet li ġejjin:
—
il-pjan jew il-programm huwa mfassal u/jew adottat minn awtorità lokali, b’kuntrast ma’ awtorità reġjonali jew nazzjonali, u
—
din iż-żona ġewwa l-qafas tal-ġurisdizzjoni territorjali tal-awtorità lokali tirrappreżenta, proporzjonalment ma’ din il-ġurisdizzjoni territorjali, daqs żgħir.
(1) ĠU C 381, 16.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy