30.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hessisches Landesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – Jürgen Webb-Sämann vs Christopher Seagon (li qiegħed jaġixxi bħala kuratur tal-falliment ta’ Baumarkt Praktiker DIY GmbH)
(Kawża C-454/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2008/94/KE - Artikolu 8 - Protezzjoni tal-impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjegahom - Dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà soċjali - Portata - Miżuri neċessarji għall-protezzjoni tad-drittijiet kweżiti jew fil-proċess li jinkisbu ta’ impjegati taħt skema komplementari ta’ pensjoni - Obbligu li jiġi previst dritt għall-esklużjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni tal-irtirar mhux imħallsa mill-massa tal-falliment - Assenza))
(2017/C 030/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Hessisches Landesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jürgen Webb-Sämann
Konvenut: Christopher Seagon (li qiegħed jaġixxi bħala kuratur tal-falliment ta’ Baumarkt Praktiker DIY GmbH)
Dispożittiv
L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ ta’ insolvenza ta’ min iħaddimhom, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix, fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega, li s-somom miżmuma mis-salarju kkonvertiti f’kontribuzzjonijiet tal-irtirar ta’ ex impjegat, li din il-persuna li timpjega kellha tħallas f’kont tal-irtirar għall-benefiċċju ta’ dan l-impjegat, għandhom jiġu esklużi mill-massa tal-falliment.
(1) ĠU C 389, 23.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy