18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Novembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varbergs tingsrätt – l-Isvezja) – P vs Q
(Kawża C-455/15 PPU) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikolu 23(a) - Raġunijiet għan-nuqqas ta’ rikonoxximent tas-sentenzi dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri - Ordni pubbliku))
(2016/C 016/15)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Varbergs tingsrätt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: P
Konvenuta: Q
Dispożittiv
L-Artikolu 23(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-assenza ta’ ksur ċar, fid-dawl tal-aħjar interessi tal-wild, ta’ regola tad-dritt li titqies li hija essenzjali fl-ordinament ġuridiku ta’ Stat Membru jew ta’ dritt irrikonoxxut li huwa fundamentali f’dan l-ordinament ġuridiku, din id-dispożizzjoni ma tippermettix lill-qorti ta’ dan l-Istat Membru, li tqis li jkollha ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwar il-kustodja ta’ wild, li tirrifjuta li tirrikonoxxi s-sentenza ta’ qorti ta’ Stat Membru ieħor li tat deċiżjoni fuq il-kustodja ta’ dan il-wild.
(1) ĠU C 346, 19.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy