26.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 350/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Vattenfall Europe Generation AG vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-457/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/87/KE - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Mument tat-tnissil tal-obbligu ta’ skambju ta’ kwoti - Artikolu 3 - Anness I - Kunċett ta’ “installazzjoni” - Attività ta’ kombustjoni ta’ kombustibbli fl-installazzjonijiet b’input termiku totali ta’ kombustjoni li jaqbeż l-20 MW))
(2016/C 350/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vattenfall Europe Generation AG
Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland
Dispożittiv
L-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, li jinkludi l-“[k]ombustjoni ta’ karburanti f’istallazzjonijiet b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 MW” fil-lista ta’ kategoriji ta’ attività li għalihom tapplika din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu ta’ skambju ta’ kwoti ta’ installazzjoni intiża għall-produzzjoni tal-elettriku jitnissel mill-ewwel emissjoni ta’ gassijiet serra, u għalhekk possibbilment qabel l-istess bidu tal-ewwel produzzjoni ta’ elettriku.
(1) ĠU C 398, 30.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy