31.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – E.ON Kraftwerke GmbH vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-461/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Skema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/87/KE - Allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti tal-emissjonijiet mingħajr ħlas - Deċiżjoni 2011/278/UE - Modifika tal-allokazzjoni - Artikolu 24(1) - Obbligu ta’ informazzjoni mill-operatur tal-installazzjoni - Portata))
(2016/C 402/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: E.ON Kraftwerke GmbH
Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland
Dispożittiv
L-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jirrikjedi minn impriżi li, suġġetti għall-obbligu ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea, jibbenefikaw minn allokazzjoni ta’ dawn il-kwoti mingħajr ħlas, li jipprovdu informazzjoni dwar it-tibdiliet kollha ppjanati jew effettivi fil-kapaċità, fil-livell ta’ attività u fl-operat ta’ installazzjoni, mingħajr ma jillimitaw dan ir-rekwiżit biss għall-informazzjoni dwar it-tibdiliet li għandhom effett fuq din l-allokazzjoni.
(1) ĠU C 398, 30.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy