12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/25
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Wiener Neustadt – l-Awstrija) – Admiral Casinos & Entertainment AG vs Balmatic Handelsgesellschaft mbH et
(Kawża C-464/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, l-operazzjoni ta’ magni tal-logħob b’rebħ limitat (kleines Glücksspiel) fin-nuqqas ta’ permess maħruġ mill-awtorità kompetenti - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni - Proporzjonalità - Evalwazzjoni tal-proporzjonalità abbażi kemm tal-għan tal-leġiżlazzjoni fil-mument tal-adozzjoni tagħha kif ukoll tal-effetti tagħha waqt l-implementazzjoni tagħha - Effetti kkonstatati empirikament b’ċertezza))
(2016/C 335/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht Wiener Neustadt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Admiral Casinos & Entertainment AG
Konvenuti: Balmatic Handelsgesellschaft mbH, Robert Schnitzer, Suayip Polat KG, Ülkü Polat, Attila Juhas, Milazim Rexha
Dispożittiv
L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, matul l-istħarriġ tal-proporzjonalità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali restrittiva fil-qasam tal-logħob tal-ażżard, il-qorti ma għandhiex tibbaża ruħha biss fuq l-għan ta’ din il-leġiżlazzjoni, kif jidher fil-mument tal-adozzjoni tagħha, iżda wkoll fuq l-effetti tal-imsemmija leġiżlazzjoni, evalwati sussegwentement għall-adozzjoni tagħha.
(1) ĠU C 398, 30.11.2015
Full & Egal Universal Law Academy