9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/22
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 – PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Sasol Olefins & Surfactants GmbH, Sasol Germany GmbH
(Kawża C-468/15 P) (1)
((Appell - Dumping - Regolamenti ta’ implementazzjoni (UE) Nru 1138/2011 u (UE) Nru 1241/2012 - Importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 2(10)(i) - Aġġustament - Funzjonijiet li jistgħu jiġu assimilati ma’ dawk ta’ aġent li jaħdem abbażi ta’ kummissjonijiet - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2(10) - Simetrija bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba))
(2017/C 006/26)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas) (rappreżentant: D. Luff, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn N. Tuominen, avukat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u M. França, aġenti), Sasol Olefins & Surfactants GmbH, Sasol Germany GmbH
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 354, 26.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy